Jisraqlu l-ħanut, imma s-sid jaħfirlu

Sid ħanut tal-inbid fil-Fontana ħafer lil raġel ta’ 37 sena mill-Ghana li f’okkażjonijiet differenti kien seraq mill-ħanut kważi €30,000.
Fil-Qorti nstemgħet il-kawża ta’ William Boakye, li kien qed jiġi akkużat li fil-21 ta’ Frar li għadda għall-ħabta tal-5pm seraq dan l-ammont, kif ukoll li xtara affarijiet bl-istess flus misruqa.
Il-Maġistrat Joe Mifsud qal li wara li sema’ kif l-akkużat ammetta li hu ħati tal-ewwel offiża, li din kienet l-ewwel offiża tiegħu lill-ordni, li kkopera mal-awtoritajiet u ddikjara d-dispjaċir tiegħu għal dak li għamel, bagħtu sentejn ħabs.
Intqal ukoll li sid il-ħanut se jirċievi d-€29,950 lura mingħand il-ħati.