Jisraq żarbun minn ħanut f’Tas-Sliema

Raġel li nqabad jisraq par żarbun minn ħanut f’Tas-Sliema ngħata l-ħelsien mill-arrest b’kundizzjoni għall-perjodu ta’ sentejn.
Ir-raġel ta’ 45 sena mis-Serbja, nhar is-Sibt li għadda, ġie mwaqqaf mill-uffiċjali tas-sigurtà tal-ħanut tal-ħwejjeġ, hekk kif intlemaħ ipoġġi par żarbun fil-basket tal-laptop. Huwa ġie arrestat mill-pulizija.
Ir-raġel ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u wiegħed li mhux se jerġa’ jagħmel xi ħaġa simili fil-futur.