Jisraq vettura tal-elettriku li tintuża fil-golf

Raġel ta’ 72 sena ngħata l-libertà proviżorja għal sentejn wara li nstab li kellu oġġetti misruqa fil-pussess tiegħu.
Alfred Brown, Ingliż residenti f’Marsascala nstab ħati li kellu vettura tal-elettriku li tintuża fil-golf, f’Settembru li għadda.
Huwa kien qal lill-pulizija li kien ħabib tiegħu li xtara l-vettura għal €400 minn fuq l-internet, iżda ma setax jagħti kopja tat-transazzjoni li saret u li ma kellux kuntatt ma’ din il-persuna.
Brown irritorna l-vettura lir-Royal Malta Golf Club fuq talba tal-pulizija.