Jisraq spiżerija fl-Iklin armat b’sikkina

Raġel wettaq serqa minn spiżerija fl-Iklin armat b’sikkina.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li s-serqa saret ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-8pm fi Triq Geronimo Abos.

Il-Pulizija marru fuq il-post fejn sabu li r-raġel kien liebes hoodie u kien armat b’arma taqta’ u bil-ponta. Hu talab il-flus lil żewġ spiżjari li kien hemm ġewwa, li kienu żewġ nisa ta’ 42 u 25 sena. Wara li ħa l-flus, hu ħarab minn fuq il-post.

Dwar il-każ infetħet inkjesta. Ħadd ma ndarab kawża tal-inċident.