Jisraq rota, jaqa’ sular u jispiċċa l-isptar

Raġel ta' 65 sena minn San Pawl il-Baħar seraq rota u waqa' biha m'ogħla sular f'Għajnsielem.
Il-każ seħħ fil-jiem li għaddew fi Pjazza Madonna ta' Loretu.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li r-raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex biex jingħata l-kura meħtieġa.

Irriżulta li kawża tal-waqgħa, ir-raġel ġarrab ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu li jitlef ħajtu.