Jisraq minn ħanut tal-mowbajls f’Bormla

Raġel inżamm taħt arrest wara li ammetta li wettaq serqa waqt li kien armat b’sikkina minn ħanut tal-mowbajls f’Bormla aktar kmieni dan ix-xahar.

Ir-raġel ta’ 44 sena qed jiġi akkużat li pprova jisraq minn ħanut waqt li aggredixxa persuna b’sikkina, li kien fil-pussess ta’ sikkina fil-pubbliku mingħajr liċenzja, li aggredixxa ħaddiema u ħalliha mbeżża’ għal ħajjitha. Hu nstab ukoll reċediv.

L-ispettur qalet fil-Qorti li total ta’ €1,200 ġew misruqa. L-akkużat, li huwa pazjent fl-isptar Monte Karmeli, wieġeb ħati tal-akkużi.