Jisraq minn ħanut tal-inbid f’Għawdex; jinżamm arrestat

Raġel mill-Ghana li qed jiġi akkużat li seraq minn stabbiliment tal-inbid ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.
Ir-raġel ta’ 37 sena qed jiġi akkużat li fil-21 ta’ Frar, kif ukoll fix-xhur ta’ qabel wettaq serq aggravat ta’ iżjed minn €2,000 fi flus kontanti, minn ġo stabbiliment tal-inbid fil-Fontana. Hu qed jiġi akkużat ukoll illi laqa’ għandu xi oġġetti misruqa.
L-akkużat li tressaq il-Qorti t’Għawdex illum, wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu, madanakollu hu ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.