Jisraq mid-dar ta’ koppja anzjana meta kienu l-Knisja

Raġel ta’ 43 sena mill-Fgura ngħata s-sentenza ta’ 22 xahar priġunerija wara li nstab wettaq serqa fir-residenza ta’ koppja anzjana waqt li kienu l-Knisja jisimgħu l-Quddies.
Il-każ seħħ fl-2008 meta l-akkużat daħal fid-dar tal-anzjani fi Triq il-Koppla fil-Fgura u seraq b’aktar minn €2,300 f’ġojjelli u flus kontanti.
Għalkemm ċaħad l-akkużi, ir-raġel instab ħati wkoll li wettaq ħsara fir-residenza tal-anzjani kif ukoll li sar reċediv.
Huwa ġie ordbat iħallas €1,613 għall-ispejjeż tal-Qorti.