Jisraq mid-dar li kien jaħdem fiha; jinżamm arrestat

CMRU

Raġel ta’ 44 sena mill-Filippini ġie akkużat li fl-14 ta’ Diċembru seraq minn dar li kien jaħdem fiha fi Triq San Valentin f’Ħal Balzan.

Hu qed jiġi akkużat li seraq oġġetti b’valur ta’ aktar minn €2,329.37 u nżamm arrestat.

Dakinhar tas-serqa għall-ħabta tas-6.05 pm daħal rapport li possibilment kien hemm bomba Triq San Valentin. Tfittxija mill-membri tat-taqsima tal-isplussivi tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) irriżultat fin-negattiv.

Skont it-Times of Malta, il-pakkett suspettuż kellu fih xi oġġetti li kienu nsterqu fis-serqa li ammontant għal €60,000. Il-każ mistenni jkompli nhar it-Tlieta li ġej.