Jisraq lunchbox minn karozza u jirriskja l-ħabs

Żagħżugħ Somalu ta’ 20 sena ingħata sentenza sospiża wara li seraq lunchbox minn karozza li kienet ipparkjata fil-Marsa.
Il-każ li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8:15p.m. biż-żagħżugħ li m’għandux impjieg ammetta mill-ewwel l-akkużi miġjuba kontrih fosthom li għamel ħsara lill-vettura.
Hu ingħata sentenza ta’ 16-il xahar ħabs sospiżi għal 18-il xahar.