​Jisraq lit-turisti mill-kmamar tal-lukandi f’Malta

Żagħżugħ Malti ta’ 16-il sena tressaq il-Qorti akkużat b’sensiela ta’ serqiet minn lukandi f’diversi lokalitajiet.
Il-Pulizija qalet li wara ġimgħat sħaħ ta’ investigazzjonijiet, ġew solvuti għadd ta’ każijiet ta’ serq ta’ flus kontanti, mowbajls u diversi oġġetti oħra ta’ valur minn postijiet turistiċi madwar Malta.
Illum iż-żagħżugħ tressaq quddiem il-Maġistrat tal-Għassa, akkużat b’madwar 15-il akkuża ta’ serq. Dan is-serq kien isir fost l-oħrajn minn ġol-kmamar tal-lukandi fejn it-turisti jkunu qed joqogħdu matul il-btala tagħhom f’Malta.
Iż-żagħżugħ ammetta għall-akkużi hekk kif miġjuba kontrih. Huwa ma ngħatax il-libertà proviżorja u qed jinżamm taħt arrest preventiv.
Isem iż-żagħżugħ ma jistax jixxandar billi għadu ma għalaqx it-18-il sena.