Jisraq lil ommu biex jixtri d-droga

Raġel li seraq lil ommu biex ikun jista’ jixtri d-droga intalab iħallasha €2,300 lura fi żmien tliet snin.

F’Ġunju, l-akkużat, Neville Abela ta’ 32 sena kien instab ħati talli kien fil-pussess tad-droga kokaina u eroina mill-Maġistrat Neville Camilleri.

Meta tressaq quddiem il-Qorti instema’ kif l-akkużat, li jgħix ma ommu, seraq mid-dar tagħha sabiex jagħmel biżżejjed flus biex jixtri d-droga.

Mill-Qorti ħareġ ukoll li r-raġel kien qed joqgħod ma’ ommu kontra x-xewqa tagħha u minkejja n-numru ta’ drabi li keċċietu mid-dar.

Fl-20 ta’ Ġunju Abela wieġeb ħati waqt seduta fil-Qorti. Għal din ir-raġuni, hu ngħata sentenza ta’ tliet snin ħabs filwaqt li ħarġet ordni li jieħu t-trattamenti neċessarji sabiex joħroġ mill-vizzju tad-droga.