Jisraq lil familtu; ħelsien mill-arrest

Raġel ta’ 29 sena miż-Żejtun ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li seraq mazz ċwievet, vann u €230 fi flus kontanti lil missieru.

Fil-Qorti l-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Roderick Attard spjegat li l-missier għamel rapport lill-Pulizija fis-7 ta’ Diċembru li għadda. Wara li saru l-investigazzjonijiet meħtieġa rriżulta li kien it-tifel li allegatament seraq l-affarijiet.

Ir-raġel wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih bl-avukat tad-difiża jitlob għall-ħelsien mill-arrest tar-raġel. Il-Qorti mmexxija mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech laqgħet it-talba tad-difiża. Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €5,000 u jrid jiffirma l-bail book darbtejn fil-ġimgħa.