​Jisraq kelb, flus, u mowbajl

Żagħżugħ ta’ 25 sena ġie akkużat fil-Qorti li fost affarijiet oħra seraq kelb minn dar f’Ħal Qormi.
Fil-Qorti nstema’ kif iż-żagħżugħ wieġeb mhux ħati għall-allegazzjoni li pprova jwettaq serq waqt li kien fil-perjodu operattiv tas-sentenza sospiża li kien ingħata fil-passat.
Iż-żagħżugħ allegatament seraq aktar minn €2,300 fi flus kontanti u kelb minn dar f’Ħal Qormi aktar kmieni dan ix-xahar. Dakinhar huwa allegatament pprova jisraq karozza wkoll. L-istess akkużat allegatament seraq ukoll mowbajl minn Ħal Qormi.
L-akkużat li kellu jibda programm ta’ riabilitazzjoni minħabba d-dipendenza tiegħu fuq id-droga ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.