Jisraq ħanut f’Tas-Sliema b’wiċċu mgħotti u b’sikkina

Read in English.

Raġel b’wiċċu mgħotti u armat b’sikkina daħal jisraq minn ħanut ilbieraħ filgħaxija f’Tas-Sliema.

Il-Pulizija spjegat li qed tinvestiga s-serqa. Qalet li l-każ seħħ fid-9pm fi Triq l-Imrabat. Ir-raġel daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-impjegati, żewġ nisa ta’ 56 u 36 sena.

Ħadd ma ndarab kawża ta’ din is-serqa. Infetħet inkjesta dwar il-każ.