Jisraq €2,300 f’dijżil

Fil-Qorti t’Għawdex tressaq raġel ta’ 40 sena minn Bormla, akkużat li seraq aktar minn €2,300 f’dijżil bejn il-25 u s-26 ta’ Settembru, kif ukoll fix-xhur ta’ qabel.

Kien akkużat ukoll li pprova jisraq ammont ta’ dijżil, liema reat ma sarx minħabba xi ħaġa aċċidentali u indipendenti mill-volontà tiegħu, f’Għawdex.

Huwa kien akkużat ukoll talli sar reċediv.

L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet, fosthom garanzija personali ta’ €5,000.