Jisraq €5 u jeħel €15,500

Raġel ammetta li seraq €5 minn restorant u weħel multa ta’ €15,500 peress li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.

Ir-raġel ta’ 33 sena minn Ħaż-Żebbuġ seraq €5 minn restorant il-Birgu nhar is-Sibt li għadda.

Il-vittma qal li nsteraq €40, imma l-akkużat insista li hu seraq biss €5. Huwa ammetta għas-serq u li kiser kundizzjoni tal-ħelsien mill-arrest li nħarġitlu sentejn ilu b’garanzija personali ta’ €15,500.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech iddikjaratu ħati u kkundannatu għal ħames xhur ħabs.