Raġel b’daqna bajda seraq bank jumejn qabel il-Milied imbagħad ħareġ iwaddab il-flus li seraq fit-triq u jixtieq il-Milied it-tajjeb lil dawk kollha li kienu għaddejin.
Ġurnali internazzjonali rrappurtaw li r-raġel seraq l-Academy Bank f’Colorado Springs nhar it-Tnejn f’nofsinhar. Wara li seraq il-flus beda jarmi l-istess flus fit-triq.
Skont persuni li raw il-każ iseħħ quddiem għajnejhom, ir-raġel imbagħad mexa lejn kafetterija fil-viċinanzi fejn stenna sakemm ġie arrestat.
Ir-raġel li qed jiġi mqabbel ma’ Santa Klaws ħareġ li jismu David Wayne Oliver u għandu 65 sena. Jidher li hu aġixxa waħdu.