Jisraq Apple Macbook Pro u jbigħu għal 80 ewro

qorti bla permess familja

Raġel ta’ 39 sena se jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li seraq laptop biex ikun jista’ jixtri d-droga bil-flus li jagħmel minnu.
Il-Prosekuzzjoni akkużaw lir-raġel li seraq Apple Macbook Pro minn karozza pparkjata fil-Furjana, u li biegħu għal €80.
L-avukati difensuri saħqu li l-akkużat għaddej minn żmien diffiċli minħabba li miet missieru, u li kien għalhekk li reġa’ dar għad-droga.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, iżda ma talabx għal-libertà proviżorja. Minflok, talab li jinżamm għall-kura fl-isptar Monte Karmeli.