Spluzjonijiet fin-nofsinhar tat-Tajlandja

Il-Pulizija Tajlandiża stqarret li xi persuni splodew żewġ bombi li ħallew għaxar persuni feruti u orkestraw serje ta’ attakki oħra żgħar fi 30 żona differenti fin-nofsinhar tat-Tajlandja.

Il-Pulizija Tajlandiża żvelat li l-lejl li għadda, it-terroristi splodew bomba ġo kontenitur ta’ l-iskart fil-belt ta’ Pattani. B’dan l-attakk tlett uffiċjali tal-pulizija weġġgħu ħafif hekk kif kienu mitluba jispezzjonaw il-kontenitur.

L-istqarrija tal-pulizija Tajlandiża tkompli tgħid li seba’ uffiċjali tas-sigurta’ soffrew ġrieħi ħfief waqt splużjoni oħra fuq trakk fil-belt ta’ Pattani. Jingħad li t-terroristi taw in-nar lil xi roti tal-karozzi u bini fir-provinċja tal-belt ta’ Pattani.

Mill-2004 s’issa, il-fuq minn 5000 ruħ inqatlu fil-pronvinċji tan-nofsinhar tat-Tajlandja fi skontri minn separatisti ta’ fehma Musulmana.