Jisplodi vann f’Ħal Luqa…kullimkien magħluq!

Illum wara nofsinhar sploda vann li kien ipparkjat fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa f'Ħal Luqa. Fortunatament fil-ħin tal-isplużjoni, ma kien hemm ħadd fil-vann. 
Il-każ seħħ għal ħabta tas-2pm, fil-karreġġjata li mill-Ajruport Internazjonali ta' Malta twassal għal Marsa. Għal ħin twil it-traffiku kien staġnat. It-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.
Il-pulizija kkonfermat ma' Newsbook.com.mt li ħadd ma' weġġa' fl-isplużjoni.
Ir-raġuni tal-isplużjoni għadha mhix magħrufa.
Ritratt: Sarah Zerafa