Filmat: Tisplodi substation f’Birkirkara; ma jweġġa’ ħadd

Ħadd ma weġġa’ fi splużjoni tas-substation tal-Enemalta f’Ta’ Paris f’Birkirkara. Il-każ seħħ fid-9.20am

Il-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq Ċeżalpina, fejn kien hemm biss ħoss u xi duħħan. Fuq il-post marret ambulanza, ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll il-Pulizija.

L-Enemalta spjegat li ħsara fis-substation ikkaġunat splużjoni f’parti mill-iswitchgear. Fissret li l-impjant ta’ protezzjoni ħadem u b’hekk ġiet evitata ħsara akbar.

Il-kumpanija qalet li ħaddiema tagħha marru fuq il-post biex jirranġaw il-ħsara li ġiet ikkaġunata. Il-provvista tal-elettriku bdiet ġejja lura għan-normal u huwa mistenni li tkun solvuta kompletament kmieni waranofsinhar. Enemalta plc  irringrazzjat lill-Pulizija, lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-istaff mediku f’ħin qasir.