Jisplodi ċilindru tal-gass f’Ħaż-Żebbuġ

Jidher li ħadd ma ndarab wara splużjoni ta’ ċilindru tal-gass f’dar f’Ħaż-Żebbuġ.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.15pm fi Triq iż-Żebbuġa Bajda. Il-Pulizija spjegat li jidher li ħadd ma ndarab u lanqas ambulanza ma ħarġet.

Minkejja dan, sorsi minn fuq il-post spjegaw li kien hemm ambulanza li kienet qed tagħlaq parti mit-triq. Fuq il-post jidher li hemm ukoll il-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili.

Fid-9 ta’ Jannar sploda ċilindru tal-gass f’parapett ta’ residenza privata. Il-kumpanija Liquigas kienet ħabbret li wettqet l-investigazzjoni tagħha dwar ċilindru tal-gass li sploda f’Ħ’Attard ix-xahar li għadda, u sabet li sploda minħabba sħana eċċessiva li ġiet mill-exhaust tal-fireplace. Dan ikkawża ħsara fiċ-ċilindru.