Jispiċċaw il-Qorti wara argument fil-familja

Nikolina Portelli ta’ 45 sena u Larson Grech ta’ 22 sena t-tnejn minn Bormla tressqu l-Qorti akkużati li darbu serjament b’sikkina lil Alan Grech waqt argument fi Triq Matty Grima f’Bormla.

Huma ġew akkużati wkoll li ħebbew għal Alan Grech u Carmelo Tabone.

Portelli hija omm l-aħwa Grech filwaqt li Tabone huwa l-kunjatu ta’ Alan Grech.

L-argument seħħ meta Tabone għadda xi rimarki fuq missier l-aħwa Grech li jinsab il-ħabs.

Kien hawnhekk li Larson Grech ħebb għal Tabone u Alan Grech ipprova jiddefendieh u spiċċa ferut.

Nikolina Portelli u Larson Grech wieġbu li mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom u ingħataw il-liberta’ proviżorja fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €5,000.