Aġġornata: Isofri ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll bil-mutur

Żagħżugħ ta' 23 sena minn Naxxar ittieħed l-isptar Mater Dei wara li tilef il-kontroll bil-mutur.

Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt, is-sewwieq sofra minn ġrieħi gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt

L-inċident seħħ għall-ħabta ta' nofsinhar neqsin kwart fi Triq Garibaldi f'Ħal-Luqa.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.