Aġġornata: Jispiċċa l-isptar wara ħabta fl-Imrieħel

Xufier ittieħed l-isptar wara li kien involut f’ħabta fl-Imrieħel
L-inċident seħħ fi Triq Notabile fil-12.30pm fejn xufier ta’ 28 sena residenti Birkirkara ħabat mal-akwadott.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li mill-investigazzjoni jidher li x-xufier baqa’ dieħel fl-akwadott wara li tilef il-kontroll wara li ħaseb li karozza kienet se tibqa’ ħierġa mill-ġenb.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lix-xufier l-isptar fejn ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.
Ritratti: MRTU