Jispiċċa l-ikel mis-supermarkets minħabba t-tempesta tas-silġ

Tempesta qawwija tas-silġ b’għoli ta’ żewġ piedi silġ u rwiefen, qed tkompli tavvanza fil-kosta tal-Lvant tal-Istati Uniti.
Iktar minn 50 miljun persuna ġew avżati biex ma joħorġux minn djarhom.
Spiċċa wkoll l-ikel minn diversi supermarkets hekk kif kulħadd beda jixtri kemm jiflaħ provisti tal-ikel, meta ħarġet it-twissija ilbieraħ filgħodu.
Il-belt kapitali tal-Istati Uniti Washington tista’ tilħaq rekord ġdid ta’ 76 ċentimetru silġ sakemm tgħaddi din it-tempesta sa għada.
S’issa tmien persuni tilfu ħajjithom kawża ta’ din it-tempesta filwaqt li 6 stati Amerikani iddikjaraw stat ta’ emerġenza. Eluf ta’ titjiriet ġew ukoll imħassra.