Jispiċċa l-ħabs minħabba downat

Raġel ta’ 36 sena spiċċa l-ħabs minħabba downat li kienet tiswa biss €0.43.
William Edward Hicks, minn Fort Walton, kien akkużat li ħarab mill-ħanut ta’ Wal-Mart mingħajr ma ħallas.
Uffiċjal sostna li ra lil Hicks jieħu d-downat u jitlaq mill-ħanut. Meta l-uffiċjali kellmuħ fil-parkeġġ, hu rrifjuta milli jirritorna fil-ħanut, ħarab, u kwarta wara nqabad mid-deputat.
Konsegwentament, hu kien akkużat ukoll li rreżista l-uffiċjal fl-irkupru tal-oġġett misruq.
Hu kien akkużat ukoll b’serq li wettaq fl-1994, l-1995 u Lulju li għadda.