Jispiċċa jgħix f’dinja fejn il-Milied qatt ma eżista

Malcolm Galea

Read in English.

X’jiġri jekk il-Milied f’daqqa jisparixxi u inti biss tista’ tiftakar fih?

Kienet kemmxejn sena partikolari għalhekk l-imħuħ kreattivi ta’ More or Less Theatre ħasbu li biex nikkonkludu din is-sena b’laqta umoristika f’dawn il-ġranet qed jippreżentaw Apocalysmas.

Possibbli li din is-sena tista’ tispiċċa agħar milli kienet? Jidher li hekk se tkun għal Alex li ma jafx li f’wieħed mill-blalen mdendla fuq is-siġra tal-Milied hemm saħta antika.

Iżda meta l-qattus tiegħu jkisser is-siġra u s-saħta tispiċċa tinħeles.

F’daqqa waħda Alex isib ruħu jgħix f’dinja fejn il-Milied qatt ma eżista u hu l-uniku wieħed li jista’ jġibu lura!

Agħar minn hekk, Alex huwa estremament deċiż u kontinwament jeħtieġ l-għajnuna tal-udjenza biex jieħu deċiżjonijiet.

Iżda d-deċiżjonijiet tal-udjenza huma tajbin?

Se jirnexxielu Alex iġib il-Milied lura?

Apocalysmas hija produzzjoni interattiva fejn l-udjenza se tkun qed tiddeċieda kif se jkun it-tmiem ta’ din l-istorja minn fost 16-il possibilità.

Kif tista’ ssegwi?

Dawk li huma interessati li jsegwu dan l-ispettaklu se jkunu jistgħu jagħmlu dan mill-kumdità ta’ darhom bejn illum u t-30 ta’ Diċembru.

Kull spettaklu jibda kuljum fis-6pm u jdum madwar nofs siegħa u jista’ jiġi segwit permezz ta’ Zoom.

Matul l-avventura, l-udjenza se tkun imsejħa biex tgħin lill-eroj jiddeċiedi x’għandu jagħmel!

Kull min se jsegwi se jkun qed  jivvota għal x’tip ta’ azzjoni Alex għandu jieħu u l-iktar waħda li ġġib voti se tkun qed twassal għad-deċiżjoni finali.

Għal aktar informazzjoni biex tkun tista’ ssegwi Apocalysmas tista’ tibgħat email fuq info@moreorlesstheatre.com jew billi ċċempel fuq 9943 8157.