Jisparixxi spirali tal-ġebel fix-Xwejni

Facebook: Daniel Cilia

Ġebel li kien tpoġġa f’forma ta’ spirali fix-Xwejni f’Għawdex tneħħa.

Il-fotografu Daniel Cilia kiteb fuq Facebook li dalgħodu oħtu Nikki Vella nnutat li l-ġebel li ssoltu kienet tara ma kienx hemm.

Cilia qal li turist li kien jipprattika l-yoga f’dak il-post beda jpoġġi l-ġebel f’disinn xi snin ilu. Maż-żmien, in-nies li kienu jgħaddu kienu jkomplu jżidu l-ġebel u jkomplu mad-disinn.

Why has the beautiful spiral constructed with plinths made of small stones been completely cleared away?The spiral…

Posted by Daniel Cilia on Tuesday, June 2, 2020