Jisparixxi diplomatiku fl-1979; il-President ta’ El Salvador mitlub jixhed

Reuters

Il-Qorti ta’ El Salvador talbet lill-President Salvador Sanchez Ceren, li qabel kien mexxej tal-gwerillieri, sabiex jixhed dwar l-għibien ta’ diplomatiku Sud Afrikan li nħataf waqt li l-pajjiż kien qed jipprepara ruħu għal gwerra ċivili.

Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li l-familja tar-raġel Sud Afrikan, l-ambaxxatur Archibald Gardner Dunn, fetħu kawża fil-Qorti jakkużaw lill-grupp tal-gwerillieri, Liberation People’s Forces (FPL), li kienu huma li ħatfuh fit-28 ta’ Novembru tal-1979. Sanchez Ceren kien il-mexxej.

Skont il-kawża, jidher li l-gwerillieri qatt ma żvelaw fejn kienu tefgħu lil Gardner Dunn minkejja li poġġew rahan fuqu ta’ $2 miljuni li kienu tħallsu għall-ħelsien tiegħu.

Skont il-midja tas-Salvador, Gardner Dunn kien inqatel mill-istess gwerillieri fl-1980, madanakollu l-familja sostniet li m’għandha l-ebda informazzjoni konkreta ta’ x’sar minnu.

Il-gwerra li seħħet bejn l-1980 u l-1992 kienet qatlet madwar 75,000 persuna filwaqt li 8,000 baqgħu qatt ma nstabu.