Jisparaw għal ras qattus; wara ttajru karozza

Qattus li bħalissa jinsab fil-kura tal-Carers for Stray and Abandoned Felines (CSAF) spiċċa għadda minn martirju kbir hekk kif qala’ tir u tajritu karozza.

Skont messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook tal-għaqda, ġie spjegat li l-qattus li jismu Raven tħalla għami hekk kif it-tir għadda minn għajnejh għal rasu. Wara hu ttajjar minn karozza li ħallietu bix-xedaq kompletament imfarrak.

L-amministraturi tal-paġna staqsew għaliex hawn persuni daqshekk krudili li jaslu sabiex iweġġgħu qattus b’dan il-mod. Staqsew meta se tieqaf din it-tip ta’ krudeltà fil-pajjiż.

Intant talbet sabiex kull min jista’ jagħti donazzjoni sabiex ikomplu l-ħidma tagħhom biex isalvaw qtates li bħal Raven jispiċċaw vittma ta’ persuni “bla qalb”.

Tista’ tagħti donazzjoni billi:

Tibgħat messaġġ fuq

  • 50619243 għal donazzjoni ta’ € 11.65
  • 50618069 għal donazzjoni ta’ € 4.66
  • 50617353 għal donazzjoni ta’ € 2.33

Permezz ta’ bank transfer fuq

  • BOV 400 198 762 98

Jew inkella Paypal fuq

Tista’ tikteb cheque ukoll fuq CSAF.