Jisparaw fuq żewġ għasafar protetti ftit sigħat qabel jinfetaħ l-istaġun – BirdLife

BirdLife

Żewġ għasafar protetti sfaw fil-mira tal-kaċċaturi ftit qabel ma nfetaħ l-istaġun tal-kaċċa għal din ir-rebbiegħa.

L-għaqda BirdLife fi stqarrija qalet li ftit sigħat qabel infetaħ l-istaġun irċievet bagħdan aħmar miġbur mill-Imġarr u Gawwija Prima miġburha minn Tas-Safra. L-għaqda qalet li kienu membri tal-pubbliku li għaddewlha ż-żewġt għasafar. Kompliet tgħid li b’hekk kienu 22 għasfur protett li sfaw fil-mira tal-kaċċaturi fl-2019.

BirdLife

L-istaġun tar-rebbiegħa fetaħ fl-10 ta’ April u se jibqa’ miftuħ sat-30 ta’ April.

Il-kaċċa hi permessa minn sagħtejn qabel ma titla ix-xemx sa nofsinhar kull jum fl-istaġun miftuħ. Il-kwota tas-summien hi ta’ 5,000 filwaqt li hemm 7,647 kaċċatur bil-liċenzja.

Il-BirdLife qalet li se tkun qed tagħmel moniteraġġ waqt l-istaġun bl-għan li tirrapporta u tiddokkumenta l-qtil ta’ speċi protetti fosthom il-gamiema.

Il-BirdLife talbet lill-pubbliku biex jgħinha u jirrapporta kaċċa llegali billi jċemplu l-Pulizija jew lill-BirdLife stess.