Jisparaw fuq 2 għasafar protetti

BirdLife Malta

Xi kaċċaturi sparaw fuq żewġ għasafar protetti, wieħed li nstab fid-Dwejra u l-ieħor f’Wied il-Għajn skont l-għaqda BirdLife Malta.

Fuq Facebook, BirdLife Malta qalet li llum turist f’Għawdex salva fjamingu żgħir wara li ntlemaħ f’diffikultà qrib il-kosta. Veterinarju kkonferma li xi ħadd kien spara fuq l-għasfur li kien qed jitlef id-demm internament.

Skont l-għaqda, Russett Griż ġie salvat illum ukoll minn membru tal-pubbliku f’Wied il-Għajn. Veterinarju kkonferma li l-għasfur kien kiser siequ u li kien qed jitlef id-demm wara li ntlaqat minn xi tiri ta’ shotgun.

Il-BirdLife qalet li s’issa mill-inqas ħames għasafar protetti ntlaqtu minn tiri f’dan l-istaġun tal-kaċċa. Appellat lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex jieħu azzjoni u jiċċara l-pożizzjoni tiegħu dwar il-kwistjoni.

Yet another bloody Sunday. After we yesterday opened the Għadira Nature Reserve for the public to enjoy the resident…

Posted by BirdLife Malta on Sunday, September 9, 2018

Il-BirdLife diġà kienet talbat biex l-istaġun tal-kaċċa jinfetaħ fil-15 ta’ Ottubru.