Jispara u joqtol lil oħtu ta’ 13-il sena minħabba playstation

Tifel jinsab akkużat bil-qtil ta' oħtu wara li sparalha għax ma ċeditlux il-joystick biex jilgħab bil-playstation. L-inċident seħħ f'Mississippi fl-Istati Uniti fejn tifel ta' 9 snin spara lil oħtu ta' 13-il sena wara li ma tagħtux il-joystick biex jilgħab. Skont il-Pulizija t-tifel mar ġab l-arma u sparalha tir minn wara. Riżultat ta' dan il-balla laqtet lit-tifla f'moħħha.
Fi stqarrija l-Pulizija kkonfermaw li t-tifla mietet fi sptar ftit wara kawża tal-ġrieħi li sofriet. Il-Pulizija qalet li għadu mhux magħruf dwar kif it-tifel irnexxielu jakkwista l-arma u x'passi se jittieħdu kontrih minħabba l-età żgħira tiegħu. Fil-ħin tal-inċident omm it-tfal kienet f'kamra oħra titma' lill-uliedha l-oħra.
Ix-Xeriff tal-lokal sostna li qed jinvestigaw il-każ b'reqqa kbira hekk kif s'issa kienu għadhom qatt ma ltaqaw ma' każ ta' sparar fejn l-akkużat u l-vittma kienu żagħar daqshekk.