Jispara fuq raġel biex jiddefendi prostituta

Raġel li spara fuq raġel ieħor waqt argument li kien jinvolvi prostituta qal fil-Qorti qal li kien qed jiddefendi l-mara.

Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello ir-raġel li għandu 52 sena mill-Fgura qed ikun akkużat bl-attentat ta’ qtil ta raġel ieħor mill-Imsida.

Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Jonathan Ransley qalet li fit-2 ta’ Novembru l-pulizija kienet infurmata li fi Triq Testaferrata l-Gżira kien hemm bżonn l-assistenza tal-pulizija. Kif waslu fuq il-post huwa raw ir-raġel mill-Imsida mal-art. Il-Pulizija spjega li l-allegat vittma beda jgħid lill-pulizija li l-akkużat sparalu. L-allegat vittma spjega li r-raġel li sparalu kien qed isuq karozza bajda bil-ħġieġ tinted.

Wara li saret tfittxija mill-pulizija, il-karozza twaqqfet u saret tfittxija fil-karozza tal-akkużat. Huwa insista li ma kellu xejn fil-karozza. Mill-filmati tas-CCTV cameras, il-pulizija raw żewġt irġiel jiġġieldu u mara li ġiet identifikata mill-pulizija ħdejn il-karozza. L-akkużat ġie arrestat u akkużat b’attentat ta’ qtil. Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

Il-vittma spjega li huwa kien qed jiltaqa’ mal-mara u kien jaf li l-mara kienet se tkun fit-triq fejn seħħ l-argument. Spjega li hu ra lill-mara dieħla fil-karozza tal-allegat vittma u kien hawnhekk li beda l-argument. L-ispettur spjega li l-akkużat l-ewwel ħareġ sikkina u wara mar fil-karozza tiegħu ħareġ arma tan-nar u spara lill-vittma.

Fil-Qorti l-allegat vittma spjega x’ġara dakinhar tal-argument u kif mar lejn il-karozza tal-allegat vittma biex jara x’kienet se tagħmel it-tfajla tiegħu. Min-naħa tiegħu l-akkużat qal li huwa ħareġ mill-karozza b’sikkina biex jiddefendi lill-mara.

Il-vittma kompla li huwa daħħal idu fil-but ta’ wara biex ibeżża’ lill-akkużat. Spjega li l-akkużart mar fil-karozza tiegħu u wara li beda jfittex fil-karozza ħareġ arma tan-nar u sparalu, bil-vittma għatta rasu.

Meta mistoqsi mill-avukat difesur dwar jekk kienx hemm drabi li huwa kien vjolenti mat-tfajla u jekk ġielix sakkar lit-tfajla d-dar tiegħu, l-allegat vittma qal li iva ġieli għamel hekk u kien hemm okkażjoni waħda fejn kien vjolenti mat-tfalja.

Min-naħa tagħhom il-pulizija infurmaw lill-Qorti li għadhom qed ifittxu lit-tfajla. Il-Qorti qalet li se tkun qed tiddeċiedi fuq jekk tagħtix il-ħelsien mill-arrest lill-akkużat f’Diċembru.