Jispara fuq ajkla u jispiċċa l-Qorti

Bdiet il-kumpilazzjoni tax-xhieda ta’ kaċċatur li f’Novembru li għadda spara fuq ajkla protetta bil-liġi.
Il-kaċċatur ta’ 23 sena nqabad jispara fuq l-ajkla minn filmat li kien inġibed minn uffiċjali tal-Birdlife.
L-akkużat insista li mhux ħati.
Fil-Qorti nstema' li l-Pulizija kienet qalet li fuq il-post kienu nstabu skrataċ ikbar milli suppost, li ġew sparati minn għoli aktar mill-medja stipulata skont il-liġi għal għasafar tal-priża.
Skont l-investigazzjoni tal-Pulizija fil-ħin tal-isparatura ma kien hemm ħadd ieħor fl-akwati.
Fil-Qorti l-uffiċjali tal-Birdlife qalu li dakinhar tal-isparatura kienu raw lill-akkużat jispara fuq l-ajkla.