Jiskuża ruħu għax missieru kkritika Ministru

    Read in English.

    Luke Dalli, iben il-Kummissarju Ewropew Helena Dalli, iddiżassoċja ruħu mill-kummenti li missieru Patrick Dalli għadda fuq il-Ministru Silvio Schembri.

    Fuq Facebook, Dalli ddeskriva l-kummenti ta’ missieru bħala “infantili.”

    Dalgħodu Patrick Dalli, ir-raġel tal-Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza, qal li hu diżappuntat bil-Ministru l-ġdid għall-Ekonomija, Silvio Schembri. Qal li talab appuntament ma’ Schembri u Schembri rrifjuta. Spjega li ried appuntament mal-Ministru mhux għal xi pjaċir.

    Naqra poter u nibdew naraw lin nies dubbien. Ippruvajt naghmel appuntament mal ministru gdid fjamant Silvio Schembri u…

    Posted by Patrick Dalli on Friday, January 24, 2020

    Dalli wissa lill-Ministru Silvio Schembri biex joqgħod attent, għax skontu, dan hu sinjal “tal-arroganza fl-aqwa tagħha.”

    Ftit wara l-kitba ta’ Patrick Dalli, ibnu Luke kiteb fuq Facebook li l-Ministru Schembri spjegalu din il-ġimgħa għaliex irrifjuta l-appuntament.

    Lura f’Novembru tal-2013, il-Prim Ministru Joseph Muscat kien iddefenda d-direct order li biha pittura ta’ Patrick Dalli nxtrat bi €15,000. Dak iż-żmien, martu Helena Dalli kienet Ministru għall-Ugwaljanza.

    Min-naħa l-oħra, binhom Luke, li huwa ħabib ta’ Joseph Muscat, ingħata għadd ta’ ħatriet u kuntratti minn mindu l-Partit Laburista tela’ fil-Gvern fl-2013.