Jiskopru l-aktar pjaneta li tixbah lid-dinja

L-aktar pjaneta li tixbah id-dinja u li qatt ġiet skoperta tista’ tkun tajba biex jgħixu fiha l-aljeni!
Kepler 438b huwa l-isem ta’ pjaneta li hi ftit akbar mid-dinja, b’ċirku żgħir oranġjo li jdur u jieħu 40% sħana aktar milli hawn fid-dinja.
Din il-pjaneta iddur mal-orbita kull 35 ġurnata u għalhekk tgħaġġel għaxar darbiet aktar mid-dinja.
Xjentisti Amerikani ħabbru din l-iskoperta u qalu li t-temperatura f’Kepler 438b hi tajba fejn l-ilma jista’ jimxi u ma jsirx silġ.
L-istess rapport kompla jgħid li pjaneta oħra Kepler 442b li tinsab ukoll fil-passaġġ ta’ Kepler 438b hi terz akbar mid-dinja u tirċievi madwar żewġ terzi dawl tad-dinja.