Jiskiddjaw 2 muturi; 2 l-isptar

Read in English.

Aġġornata 18:30

Żewġ sewwieqa ta’ mutur weġġgħu ħafif f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku fi Triq l-Imdina Ħaż-Żebbuġ.

Iż-żewġ muturi kienu involuti f’ħabta ma’ karozza, fit-3.15pm u fl-3.45pm. Huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Fl-ewwel inċident, is-sewwieq tal-mutur kellu 30 sena residenti r-Rabat filwaqt li l-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 37 sena minn Pembroke.

Fl-inċident l-ieħor, is-sewwieq tal-mutur huwa Belġjan ta’ 50 sena residenti San Pawl il-Baħar, filwaqt li x-xufier tal-karozza għandu 27 sena minn Naxxar.