Jiskiddja u jaħbat f’karozza pparkjata f’Wied il-Għajn; mara gravi

Ian Noel Pace

Mara ndarbet gravi kawża ta’ inċident f’Wied il-Għajn waqt li kienet bilqiegħda f’karozza pparkjata.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.30am fi Triq il-Gardiel. Jidher li Taljan tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu u baqa’ dieħel f’karozza pparkjata. Fiha kien hemm il-mara ta’ 50 sena residenti Wied il-Għajn stess.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista lill-mara. Din ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet dwar l-inċident għadhom għaddejjin.