Attent mill-hacker Malti: iċempillek f’isem l-HSBC

Attent mill-hacker Malti li qiegħed iċempel lin-nies f'isem l-HSBC. Raġel kiteb fuq Facebook li rċieva telefonata mingħand persuna li gidbet u qaltlu li kienet taħdem mal-bank HSBC, ħaditlu d-dettalji tal-kard tal-Bank u għamlet xirja ta’ €118 mill-internet.
Ir-raġel kiteb li l-persuna qaltlu li kien hemm xi problema bil-kard tal-bank u staqsietu biex jgħidilha n-numru tal-kard, meta tiskadi, u anke n-numru tas-sigurtà li jkun hemm fuq in-naħa ta’ wara tal-kard.

Ir-raġel avża lill-pubbliku biex joqgħod attent għax allega li l-persuna li ċemplitlu użat id-dettalji biex tixtri xirja mill-internet li swietu €118.