Jisirqulha l-flus xħin kienet ħierġa mid-dar

Ammont ta’ flus kontanti nsterqu lil anzjana ta’ 81 sena meta dalgħodu kienet ħierġa mid-dar tagħha f’Bormla.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7am fi Triq Wiġi Rosato.
Newsbook.com.mt huwa infurmat li l-mara ma weġġgħetx f’dan il-każ imma ngħatat l-għajnuna medika għax-xokk.
Ħadd ma ġie arrestat b’rabta ma’ dan il-każ.