Jisirqu żarbun ta’ ħaddiem tas-saħħa f’Bormla; appell biex jiżolaw ruħhom

Aġġornat 03:54 PM

Żewġ persuni serqu żarbun ta’ ħaddiem tas-saħħa minn wara biebu f’Bormla. Huwa appellalhom biex joqogħdu attenti, peress li ż-żarbun jaf ikun qed iġorr il-mikrobi tal-coronavirus. Aktar tard, iż-żraben instabu.

Edward Sammut kiteb fuq Facebook li ħalla żewġ pari żraben fuq l-għatba, għal raġuni, peress li ntlibsu minn nies li jaħdmu fiċ-ċentru tal-ittestjar għall-coronavirus. Huwa wissa lil dawk li serqu ż-żarbun li jinsabu f’riskju.

Mill-filmati mill-kamera tas-sigurtà, Sammut innota li ż-żewġ persuni raw iż-żewġ pari żraben u daru biex jieħdu wieħed minnhom.

Wissiehom li jekk jaqbadhom id-deni, is-sogħla jew kwalunkwe sintomu tal-coronavirus, għandhom imorru jagħmlu t-test tal-virus. Ħeġġiġhom ukoll biex jiżolaw ruħhom, peress li ż-żarbun jaf kellu mikrobi ta’ periklu.

Iż-żraben jinstabu

Illum waranofsinhar, Sammut qal li ż-żraben qegħdin għand il-Pulizija.

Dear all who saw my CCTV post yesterday. Shoes are with the police and the police have asked me to remove the video from FB to avoid further calls at their end.

Posted by Edward Sammut on Friday, April 17, 2020

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn