Jisirqu minn garaxx ta’ band lokali f’Birkirkara

Il-band lokali Cryptic Street insterqilhom numru kbir ta’ apparat mill-garaxx fejn jipprattikaw f’Birkirkara.
Is-serqa ġiet ikkonfermata ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li saret fis-27 ta’ Mejju, minn Rampol Building fi Triq John Borg f’Birkirkara.
Fuq il-paġna ta’ Facebook tagħhom, il-band spjegat li l-apparat li nsterqilhom kien jiswa ħafna flus u parti kbira u importanti mix-xogħol tal-band stess.
Sostnew li wara din is-serqa jidher biċ-ċar li kumpless tat-tip ma joffrix sigurtà għall-mużiċisti u persuni oħra li qed jikru garaxxijiet fih u intant qed jisfaw vittmi ta’ dan it-tip ta’ serq.
Huma talbu lil kull min jista’ jgħinhom sabiex jaraw jiġux wiċċ imb’wiċċ ma’ xi parti mill-apparat li nsterqilhom. Sostnew li lesti li joffru rigal lil kull min jgħinhom iġibu lura dak li nsterqilhom.
Apparat tal-gitarrista:

  • X1 Randall amplifier RG100G3
  • Line 6 M9
  • Boss OD3
  • Digitech DigiTech Whammy 5 Pitch Shift Pedal around
  • Voodoolab ISO5 Pedal Power
  • Patch Cables
  • 4x Shure SM58 LC
  • Harley Benton SpaceShip 60XL
  • 12 jack to jack and xlr cables u different sizes

Apparat tal-bassista:

  • gallien-krueger backline 600 solid-state – basshead (serial W0817B06101761)
  • tc electronic bc410 bass cabinet (serial 11397473)
  • ampeg scrambler bass overdrive
  • ehx bass big muff pi
  • suitcase style pedalboard
  • ehx bass balls envelope filter
  • tc electronic polytune
  • fender speaker cable
  • zoom pedal power supply for b2.1u
  • rockboard power ace 9v power
  • 2x patch cables
  • kettle plug
  • 3x jack instrument cables
  • daisy chain power supply extension (x5)

Apparat tad-drummer:

  • DW PDP Concept Exotic Walnut
  • Zildjian ZBT Hi Hats 14”
  • Zildjian ZBT crash 16”
  • Sabian Xs 20” Ride
  • Gibraltar Drum Pedal x2
  • Vic Firth 7A drum sticks
  • 3 hardware stands for cymbals
  • snare stand

Apparat ieħor:

  • 3x Shure Beta 58 A
  • 4x Cordial CAM 6 BK
  • EV ELX 115 Passice full range Speaker

Jekk għandek xi informazzjoni tista’ tibgħatilhom imejl fuq crypticstreet@gmail.com.