​Jisirqu mara li kienet qed tistenna tal-linja

Il-Pulizija qabdet żewġ nisa li ġew osservati jisirqu kartiera minn basket ta’ mara li kienet qed tistenna fuq bus stop.
Iż-żewġ nisa ta’ 23 u 36 sena, t-tnejn għandhom nazzjonalità Bulgara. Huma inqabdu jagħmlu s-serqa dalgħodu għal ħabta tal-11am.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li kienu saru numru ta’ rapporti ta’ pick-pocketing f’diversi postijiet madwar tas-Sliema u San Ġiljan, partikolarment minn fuq it-trasport pubbliku u minn bus stops. Il-Pulizija qalet li diversi persuni ta’ nazzjonalità Rumena u Bulgara kienu qed jiġu sorveljati.
Ritratt: Arkivji