Jisirqu l-fuel mill-vann tal-Bank tad-Demm

Bejn ilbieraħ filgħaxija u dalgħodu, insteraq id-diesel li kien hemm fil-mobile unit tad-demm li kienet ipparkjata quddiem ir-Residenza San Vincenz de Paul.
Kien għall-ħabta tas-7am meta x-xufier tal-mobile unit mar biex jistartja l-karozza u ntfiet mill-ewwel.  Kien dak il-ħin li malli niżel mill-karozza, ix-xufier sab li t-tank tal-fuel kien miftuħ u t-tapp kien fl-art.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.