Jisirqu karozzi f’Birkirkara; jibqgħu arrestati

serq karozzi Birkirkara qorti

Żewġt irġiel baqgħu jinżammu taħt arrest minkejja li wieġbu mhux ħatja għal numru ta’ serqiet minn karozzi f’Awwissu.

Raġel ta’ 48 sena minn Santa Venera u ieħor ta’ 33 sena mis-Siġġiewi qed jiġu akkużati li serqu karozza minn Triq Bwieraq f’Birkirkara fit-28 ta’ Awwissu. Il-karozza tiswa €2,329.37.

Ir-raġel ta’ 48 sena qed jiġi akkużat separatament ukoll bis-serq ta’ tliet karozzi oħra minn Birkirkara u Raħal Ġdid. Hu nstab ukol reċediv.

Min-naħa l-oħra r-raġel ta’ 33 sena qed jiġi akkużat separatament li seraq għoddod minn Birkirkara, liema serqa allegatament saret nhar is-Sibt.