Jinsterqu ġojjelli minn residenza f’Birkirkara

Għall-ħabta tal-11.30 tal-bieraħ filgħaxija ġiet irrapurtata serqa ta' xi ġojjelli minn residenza privata fi Triq F. Zahra, Birkirkara. 
Huwa mifhum li l-ħalliel jew ħallelin daħlu fir-residenza mill-garaxx li jmiss mad-dar meta ħadd mir-residenti ma kien id-dar. 
Il-persuna jew persuni għadhom ma ġewx identifikati u l-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni.