Jisirqu €12,000 ta’ ġugarelli tal-Playmobil; jinħelsu mill-arrest

Żewġ irġiel, akkużati li serqu ġugarelli tal-Playmobil inħelsu mill-arrest kważi ġimagħtejn wara li nqabdu.

L-irġiel, Malti ta’ 28 sena u barrani ta’ 38 sena, dehru quddiem il-Maġistrat Claire Micallef Stafrace fit-13 ta’ Settembru taħt l-akkużi li kellhom oġġetti misruqa fuqhom u li serqu l-ġugarelli. Il-valur tal-oġġetti misruqa hu ta’ €12,000. Il-Malti kien akkużat ukoll li kiser kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.

Iż-żewġ irġiel ċaħdu l-akkużi u talbu għall-ħelsien mill-arrest, iżda dan ma kienx ingħatalhom.

Madankollu, dil-ġimgħa, il-Qorti ħelset liż-żewġ irġiel b’depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €10,000 kull wieħed. Iridu wkoll jiffirmaw l-għassa u jkunu d-dar fil-ħin li ngħatalhom.